Futbol internazzjonali
Odriozola jingħaqad b’self ma’ Bayern Munich sa tmiem l-istaġun

Id-difensur Spanjol Alvaro Odriozola ngħaqad ma’ Bayern Munich b’self mingħand Real Madrid. Id-difensur li fil-karriera tiegħu lagħab anke ma’ Real Sociedad, ingħaqad maċ-champions Ġermaniżi wara li ma tantx qiegħed isib postu ma’ Real Madrid. F’dan l-istaġun, il-plejer ta’ 24 sena lagħab biss erba’ logħbiet. Jidher li għal Bayern Munich Odriozola ser jgħin biex isaħħaħ id-difiża wara li l-kowċ Hansi Flick għamilha ċara li hemm bżonn jissaħħu jekk Bayern iridu jibqgħu jikkompetu fuq kull front.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-partita li kellha tintlagħab illejla mit-tieni rawnd tal-aħħar 32 tal-UEFA Europa League ġiet posposta minħabba alert ta’ maltemp qawwi. Din l-aħbar ikkonfermata anki l-UEFA. Fl-ewwel rawnd, il-Ġermaniżi rebħu bi skor…

Futbol internazzjonali

UEFA Europa League: Illum qed jintlagħab it-tieni leg tal-fażi tal-aħħar 32 tim. Fid-9.00pm, TVM2 ixandar il-partita minn Old Trafford bejn Manchester United u Club Brugge. L-ewwel leg fil-Belġu l-ġimgħa l-oħra…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg Lyon………….1 Juventus……0 Olympique Lyon jirreġistraw rebħa sofferta iżda importanti kontra Juventus fi Franza fil-Groupama Stadium bl-iskor ta’ 1-0 b’goal skorjat fl-ewwel…

Futbol internazzjonali

UEFA CHAMPIONS LEAGUE 2019/20 Fażi tal-aħħar 16. L-ewwel leg Real Madrid…………1 Manchester City…..2 Manchester City dawwru telfa f’rebħa fl-ewwel leg ta’ din il-fażi meta f’Madrid fl-Estadio Santiago Bernabeu huma ġew…

Aktar