Offerta minn Real Madrid għal James Rodriguez

Futbol Internazzjonali: Il-club Spanjol ta’ Real Madrid, għamel offerta ta’ 85 miljun ewro, lil Monaco, għall-istilla ta’ din l-edizzjoni tat- Tazza tad-Dinja, James Rodriguez, pero’ jidher li club qed jitlob somma akbar.

Skond l-aħħar xnigħat mill-Londra jgħidu li Chelsea huma interessati fil-player Internazzjonali Franċiz u ta’ Juventus Paul Pogba. F’dawn l-aħħar ġranet l-istess player kien fuq btala fl-Ingilterra.

Skond ġurnal Ingliz, it-tim ta’ Sampdoria jinsab viċin li jakkwista l-attakkant Grieg ta’ disa’ w għoxrin sena u li jilgħab fl-Iskozja ma’ Celtic, Giorgios Samaras.

L-ex player ta’ Juventus u Milan Alessandro Matri ingħaqad b’self mat-tim ta’ Genoa, filwaqt li Milan akkwistaw għal kollox lid-difensur Franċiz Adil Rami fuq kuntratt ta’ tlett snin mingħand Valencia.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra

Il-manager ta’ West Ham David Moyes flimkien mal-plejers Issa Diop u Josh Cullen irriżultaw pożittiv għat-test tal-Covid-19 li sarilhom ftit sigħat ilu. L-istaff mediku tal-klabb kien infurmat bir-riżultati ftit tas-sigħat…

Juventus iffirmaw lill-attakkant Spanjol Alvaro Morata b’self għal sena mingħand Atlético Madrid. Iċ-champions Taljani ħallsu €10 miljuni sabiex ħadu lil Morata għal sena, biċ-ċans li jixtruh permanenti meta jispiċċa t-terminu…

MALTA ………….0 DANIMARKA….8 EURO 2021 TAN-NISA Telfa kbira ta’ 8-0 għal Malta kontra d-Danimarka illejla fis-Centenary Stadium. It-telfa hija s-sitt waħda għat-tfajliet Maltin minn tmien logħbiet s’issa fi Grupp B:…

Il-partitarji ta’ Seville qed jiġu ttestjati kontra l-COVID-19 hekk kif jinsabu fi triqithom lejn l-Ungerija għall-finali tas-Super Cup tal-Ħamis li ġej kontra Bayern Munich. Il-partitarji se jitħallew jidħlu jsegwu l-finali…

Aktar