Ibburdjar
Offshore Sailing: Il-kampjonat tad-dinja inawgurali se jsir f’Malta fl-2020

L-edizzjoni inawgurali tal-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se ssir f’Ottubru 2020 fil-Belt Valletta, Malta flimkien mar-Rolex Middle Sea Race.

Imħabbra fl-2017, il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing ser jkunu pjattaforma b’saħħitha biex tkompli tkabbar l-interess fl-ibburdjar u li tara nisa u rġiel jikkompetu flimkien fuq dgħajjes magħrufa bħala one design f’kompetizzjonijiet double handed.

Il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing tal-2020 se jkun organizzat b’kollaborazzjoni mar-Royal Malta Yacht Club u mal-Federazzjoni dinjija tal-Ibburdjar – il-World Sailing. .

Oriġinarjament ippjanata li sseħħ fl-2019, il-World Sailing posponiet l-avveniment b’sena, sabiex tiġi żviluppata sistema sħiħa ta’ kwalifiki, li tippermetti biżżejjed opportunitajiet għall-Awtoritajiet Nazzjonali affiljati biex jikkwalifikaw u jippreparaw għall-avveniment.

Il-Kampjonat se jkun kompetizzjoni mħallta (raġel wieħed, mara waħda) bejn in-nazzjonijiet, li fiha ser jkun hemm 20 dgħajsa. Miżmuma fl-istess żmien mar-Rolex Middle Sea Race, il-kompetituri jistgħu jkunu meħtieġa li jbaħħru l-korsa sħiħa jew korsa mnaqqsa skond il-kundizzjonijiet tat-temp. Mira importanti hija li jiġu ingaġġati pajjiżi ġodda għat-tbaħħir offshore billi jiġi pprovdut tagħmir lest għall-użu fil-post tal-avveniment kif ukoll dgħajjes li jkunu disponibbli għal charter fl-Ewropa għal taħriġ mis-sajf tal-2019.

Il-President tal-World Sailing, Kim Andersen, qal, ” Il-Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing se jkun segwit mill-aqwa ekwipaġġi mħallta min-nazzjonijiet kollha u ser jkun rikonoxxut bħala waħda mill-kompetizzjonijiet ewlenin tat-tbaħħir offshore ta’ żewġ persuni”.

“Il-World Sailing qiegħed kontinwament ifittex li jipprovdi opportunitajiet fl-isport u l-Kampjonat ser jkun ugwali bejn is-sessi u jippermetti kemm l-irġiel kif ukoll lin-nisa jiksbu s-settijiet ta’ħiliet meħtieġa biex jieħdu sehem fil-Kampjonat u lil hinn minnu”

“Il-Kampjonat tal-2020 huwa l-ewwel pass għal baħħara offshore li jaspiraw li jikkompetu fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi fl-2024 u qed nistennew prova iebsa għat-timijiet offshore magħrufa internazzjonalment.

“Ir-Royal Malta Yacht Club kisbet esperjenza eċċellenti fejn jidħlu l-organizzazzjoni t’avvenimenti kbar tal-ibburdjar u ninsabu kuntenti li ser naħdmu magħhom għal din l-ewwel avveniment importanti.”

Godwin Zammit, Commodore tar-Royal Malta Yacht Club, ikkummenta, “Ir-Rolex Middle Sea Race ilha toffri esperjenza eċċitanti għal eluf ta’ baħħara mill-bidu tagħha aktar minn 50 sena ilu. Il-karattru u l-isfida tal-ibħra Maltin u l-isforzi tal-voluntiera tagħna u jkomplu jagħmlu l-avveniment attraenti.

“Huwa ta’ soddisfazzjon għalina li naħdmu mal-World Sailing u nospitaw żewġ avvenimenti prestiġjużi ma xulxin. Dan jkompli jgħina nkabbru l-profil tal-isport tagħna. Aħna eċċitati li nospitaw l-ewwel Kampjonat Dinji tal-Offshore Sailing u nappoġġjaw il-World Sailing fl-isforzi tagħhom.”

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Ibburdjar

Huma erba’ Olandiżi r-rebbieħa tat-Talisker Whisky Atlantic Challenge, meta kienu huma l-ewwel li rnexxilhom jagħmlu d-distanza ta’ 3,000 mil mill-Gżejjer Kanarji s’Antigua u Barbuda. It-tim bl-isem ta’ The Dutch Atlantic…

Ibburdjar

It-tim tal-jott Wild Oats XI infexxew f’ċelebrazzjonijiet kbar wara li Ġurija Internazzjonali fir-Royal Yacht Club ta’ Tasmania ddeċidew li l-protest imressaq mill-Kumitat tat-Tellieqa ma kienx validu. Il-protest tressaq ilbieraħ wara…

Ibburdjar

Id-duo magħmul minn David Latham u Philippe Falle fuq il-jott Pronavia 38, Seawolf rebħu it-tellieqa Raymarine Double Handed Figure of Eight, tellieqa annwali  organizzata mir-Royal Malta Yacht Club. Flotta ta’…

Aktar