
Futbol internazzjonali
Ole Gunnar Solskjaer jagħti merħba lura fl-iskwadra lil Edinson Cavani
Il-manager ta’ Manchester United Ole Gunnar Solskjaer ta merħba lura lil Edinson Cavani wara li kien ġie sospiż għal tliet partiti.
Cavani qiegħed inkluż fl-iskwadra li llejla tilgħab partita oħra mill-kampjonat Premier Ingliż kontra Burnley.
L-attakkanti mill-Urugwaj ġie sospiż wara li tefa’ post fuq Instagram li kellu kontenut razzist.
Cavani ġie mmultat ukoll 100 elf sterlina Ingliża bħala multa.
Cavani kien tefa’ dan il-post wara li Manchester United għelbu lil Southampton f’partita tal-kampjonat bi skor ta’ 3-2.