Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpijadi: Jintrebħu aktar midalji fl-aħħar ġurnata

Aktar midalji li nrebħu f’diversi dixxipplini differenti fl-aħħar ġurnata tal-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020.

It-tim nazzjonali tal-Istati Uniti tal-basketball kompla bid-dimonju tiegħu ta’ dawn l-aħħar snin meta rebaħ il-Midalja tad-Deheb hekk kif fil-finali għelbu lil Ġappun. It-tim nazzjonali Ġappuniż tan-Nisa tal-basketball, din kienet l-ewwel dehra fl-Istorja f’partita valida għal rebħ ta’ midalja.

Din kienet il-55 rebħa konsekuttiva għat-tim nazzjonali Amerikan fl-Istorja tal-Olimpijadi.

Franza rebħu l-ewwel Midalja tad-Deheb fl-Istorja tal-handball meta t-tim nazzjonali tan-nisa għeleb fil-finali lit-tim tal-Kumitat Olimpiku Russu b’punteġġ ta’ 30 għal 25.

Bejn iż-żewġ timijiet deher bilanċ assolut u f’ħin minnhom l-iskor kien ta’ 16 b’16.

Is-Serbja rebħu t-tieni Midalja tad-Deheb konsekuttiva fil-waterpolo meta fil-finali għelbu lil Greċja bi skor ta’ 13 għal 10 f’partita mill-isbaħ li ntlagħbet fit-Tatsumi Water Polo Centre.

Is-Serbja saru r-raba’ tim li żamm il-Midalja tad-Deheb fl-Olimpjadi wara l-Brittanja, l-Ungerija u l-ex Jugoslavia.

Il-Kenjan Eliud Kipchoge kompla jikkonferma li hu l-aqwa maratonista fid-dinja meta rebaħ il-Midalja tad-Deheb fit-tellieqa li saret f’Sapporo.

Din kienet it-tieni Midalja tad-Deheb konsekuttiva għal Kipchoge għal Kipchoge.

Fit-tieni post spiċċa Abdi Nageeye tal-Olanda u l-Belġjan Bashir Abdi ħa l-Midalja tal-Bronż.

Jason Kenny sar l-aktar Brittaniku ta’ suċċess fl-Olimpjadi meta rebaħ il-Midalja tad-Deheb fil-keirin biex akkwista s-seba’ midalja tal-karriera tiegħu.

Kenny ta’ 33 sena wasal f’Tokjo meta warajh kellu 6 midalji fiċ-ċikliżmu daqs il-kollega tiegħu Chris Hoy.

L-Amerikana Jennifer Valente rebħet il-Midalja tad-Deheb fl-omnium tan-nisa li saret fl-Izu Veldrome.

Miktub minn...
TVM Sport