Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpijadi ta’ Tokjo 2020: Jintrebħu aktar midalji fl-aħħar sigħat

Fl-aħħar sigħat komplew jintrebħu aktar midalji f’diversi dixxipplini differenti.

Fl-archery, kategorija tan-nisa, il-Korea t’Isfel rebħu l-Midalja tad-Deheb, segwieti mill-Kumitat Olimpiku tar-Russja u l-Ġermanja.

Fil-Qbiż Sinkronizzat tat-3 metri springboard tan-nisa, il-Midalja tad-Deheb tmur iċ-Ċina, tal-Fidda tintrebaħ mill-Kanada u l-Ġermanja jirbħu l-Midalja tal-Fidda.

Fil-fencing, kategorija individawali tal-irġiel, Cannone ta’ Franza jirbaħ id-Deheb, segwiet minn Siklosi tal-Ungerija li rebaħ il-Fidda u Reizlin tal-Ukrajna li rebaħ il-Bronż. Fil-kategorija tan-nisa, Kiefer tal-Istati Uniti tirbaħ il-Midalja tad-Deheb, Derigalzova u Korobeynikova tal-Kumitat Olimpiku Russu jirbħu l-Fidda u l-Bronż rispettivament.

Fil-judo, kategorija tal-irġiel tas-66 kg, Abe tal-Ġappun jirbaħ il-Midalja tad-Deheb, segwiet minn Margvelashvili tal-Ġorġja li rebaħ il-Midalja tal-Fidda u An tal-Korea t’Isfel u Cargnin tal-Brażil li jirbaħ il-Midalja tal-Bronż. Fil-kategorija tan-nisa tat-52 kg, Abe tirbaħ id-Deheb, segwieta minn Buchard ta’ Franza li rebħet il-Fidda u Giles tal-Grann Brittanja u Giuffrida tal-Italja li rebħu l-Fidda.

Fiċ-ċikliżmu tan-nisa, il-Midalja tad-Deheb tmur l-Awstrija għand Kiesenhofer, tal-Fidda tintrebaħ minn Van Vlueten tal-Olanda u Longo Borgini tal-Italja li tmur lura d-dar b’Midalja tal-Bronż.

Fl-isparar, 10m Air Pistol tan-nisa, Batsarashkina tal-Kumitat Olimpiku Russu tirbaħ id-Deheb, Kostadinova tal-Bulgarija l-Fidda, Jiang taċ-Ċina li tirbaħ il-Bronż. Fl-istess kategorija tal-irġiel, id-Deheb tmur għand it-tiratur Shaner tal-Istati Uniti, segwiet minn Sheng u Yang taċ-Ċina li rebħu l-Fidda u l-Bronż, rispettivament.

Fl-iskateboarding, kategorija tan-nisa, l-ewwel Midalja fl-Istorja ta’ dan l-isport fl-Olimpjadi, tibqa’ l-Ġappun għand Horigome, il-Fidda tmur għand Hoefler tal-Brażil u l-Bronż tintrebaħ minn Eaton tal-Istati Uniti.

Fl-Għawm, 400m medley tal-irġiel, Kalisz tal-Istati Uniti jirbaħ id-Deheb, Litherland tal-istess pajjiż jirbaħ il-Fidda u Smith tal-Awstralja il-Bronż.
Fl-Għawm, 400m freestyle, Hafnaoui tat-Tuneżija jirbaħ id-Deheb, segwiet minn McLoughin tal-Awstralja jirbaħ il-Fidda u Smith tal-Istati Uniti jirbaħ il-Bronż.

Fit-Taekwando, kategroja tas-57kg tan-nisa, Zolotic tal-Istati Uniti jirbaħ id-Deheb, Minima tal-Kumitat Olimpiku Russu jirbaħ il-Fidda u Ilgun tat-Turkija u Lo taċ-Chinese Taipei li jirbħu il-Bronż. Fil-kategorija tat-68kg tal-irġiel, id-deheb tmur l-Uzbekistan għan Rashitov, il-Fidda għand Sinden tal-Grann Brittanja u Recber tat-Turkija u Zhao taċ-Ċina li jirbħu l-Bronż.

Fil-weightlifting, kategorija 61kg tal-irġiel, Li taċ-Ċina jirbaħ id-Deheb, segwiet minn Irawan tal-Indoneżja li rebaħ il-Fidda u Son tal-Khazakstan li rebaħ il-Bronż. Fil-kategorija tas-67kg, Chen taċ-Ċina li rebaħ il-Midalja tad-Deheb, Mosquera tal-Kolombja li rebaħ il-Midalja tal-Fidda u Zanni tal-Italja li rebaħ il-Midalja tal-Bronż.

Wara l-avvenimenti tal-lum, il-klassifika tal-Midalji tara fl-ewwel post liċ-Ċina b’5 Deheb, waħda Fidda u 4 Bronż għal total ta’ 10 midalji. Fit-tieni post lil Ġappun b’5 Deheb u 1 Fidda għal total ta’ 6 u fit-tielet post lill-Istati Uniti b’4 Deheb, 2 Fidda u 4 Bronż għal total ta’ 10 midalji.

Miktub minn...
TVM Sport