Olimpjadi tax-Xitwa - BEIJING 2022
Olimpijadi tax-Xitwa f’Beijing 2022: Biljetti biss għaċ-Ċiniżi

Skont il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, il-biljetti għal Beijing 2022 se jinbiegħu biss lil spettaturi miċ-Ċina: waqt li atleti mhux vaċċinati se jkollhom jagħmlu 21 ġurnata kwarantina qabel il-Logħob.

L-Olimpjadi tax-Xitwa ta’ Beijing huma skedati li jibdew fl-4 ta’ Frar li ġej: bl-organizzaturi jagħtu assikurazzjonijiet lill-Kumitat Olimpiku kemm mill-prinċipji ta’ sigurtà li se jkunu implimentati u kemm mis-suċċess tal-Logħob.

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali laqa’ b’sodisfazzjoni id-deċiżjoni li l-Logħob se jkun miftuħ għal spettaturi Ċiniżi wara li l-Olimpjadi ta’ Tokjo das-sajf kellhom isiru fi stadiums vojta bħala prekawzjoni kontra l-Covid-19.

Atleti vaċċinati mhux se jkunu ristretti mill-movimenti tagħhom fiż-żoni kollha li għandhom x’jaqsmu mal-Logħob, li se jkunu servuti b’sistema dedikata ta’ trasport.

Il-Kumitat Olimpiku qal li l-atleti kollha se jkunu ttestjati kuljum.

Miktub minn...
TVM Sport