
Bi tħejjija għall-Olimpijadi tas-sena d-dieħla, l-Ġappun wettqu test tas-sigurta’ fl-istazzjon ta’ Tokyo permezz ta’ klieb tas-sigurta’. Waqt it-test fejn l-uffiċjali ddiskrivewh bħala test ta’ sigurta kontra t-terroriżmu twaqqfu diversi nies bil-klieb imħarrġa apposta jxommu l-bagalji biex ifitxxu sustanzi llegali. Fl-istess waqt wettqu dimostrazzjoni dwar kif il-membri tas-sigurta’ jirreaġixxu jekk il-kelb jindika li hemm xi sustanzi lletiċi.
Hidenobu Nomoto, Direttur tas-sigurta’ fl-istazzjonijiet tal-ferrovija fil-Ministeru tal-Art, Infrastruttura, Trasport u Turiżmu qal li dan it-test sar biex jaraw kif l-awtoritajiet jibbilanċjaw s-sigurta’ filwaqt li jikkawżaw l-inqas inkonvinjent għall-dawk li jkunu qed jivvjaġġaw.
600,000 persuna mistennija jżuru Tokyo waqt l-Olimpjadi bis-sigurta’ u t-trasport ikunu ta’ inkwiet għall-uffiċjali tas-sigurta’ lokali.