Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpijadi Tokyo 2020: Atleta mill-Iran se tikkompeti għall-Ġermanja fit-Taekwondo

Olimpijadi Tokyo 2020: L-Unika atleta mill-Iran li rebħet midalja Olimpika fl-aħħar Olimpijadi ta’ Rio erba’ snin ilu Kimia Alizadeh li tipprattika t-Taekwondo ddeċidiet li taqleb iċ-ċittadinanza u tikkompeti għall-Ġermanja.

F’konferenza stampa organizzata mill-Federazzjoni Ġermaniża tat-Taekwondo ġie konfermat li t-talba ta’ Alizadeh ġiet aċċetata.

L-atleta li rebħet il-midalja tal-bronż f’Rio qalet li ħadet din id-deċiżjoni wara li l-immaġini tagħha kienet qed tiġi sfruttata ħażin fl-Iran u kienet qed tħossa li qed tintuża bħala għodda ta’ propoganda.

 

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

F’ċerimonja f’Tokyo kienet inawgurata l-Ariake Arena li ser tintuża għal-logħob tal-volleyball u l-wheelchair basketball waqt l-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi tas-sajf li ġej. Plejers mit-tim tal-volleyball tan-nisa, kif ukoll plejers mt-tim tal-wheelchair…

Olimpijadi TOKYO 2020

Żvolta interessanti fil-kwistjoni tas-sospensjoni tar-Russja mill-Olimpijadi ta’ Tokyo tas-sena d-dieħla. Il-Kumitat Olimpiku tar-Russja ħa deċiżjoni li jappoġġja lir-RUSADA: l-aġenzija ta’ kontra d-doping fir-Russja fl-appell tagħhom kontra d-deċiżjoni ta’ sospensjoni imposta mill-WADA…

Olimpijadi TOKYO 2020

Bi tħejjija għall-Olimpijadi tas-sena d-dieħla, l-Ġappun wettqu test tas-sigurta’ fl-istazzjon ta’ Tokyo permezz ta’ klieb tas-sigurta’. Waqt it-test fejn l-uffiċjali ddiskrivewh bħala test ta’ sigurta kontra t-terroriżmu twaqqfu diversi nies…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokyo ppreżentaw replika tas-satellita li ser tintuża’ matul il-logħob tas-sajf li ġej. Is-satelitta, li magħha għandha minjaturi l-karattri ‘Mobile Suit Gundam’ u ‘Char’s Zaku’ kiienet żviluppata flimkien…

Aktar