Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: 18% tal-biljetti mibjugħa se jitħallsu lura

18% tal-biljetti tad-dħul fl-istadia li kienu nbiegħu għall-Olimpjadi tas-sajf li għadda u li issa se jsiru fis-sajf li ġej se jkunu qed jitħallsu lura.

Din l-aħbar tawha l-Kumitat organizzattiv.

Dawk li xtraw il-biljetti fil-Ġappun ingħataw iċ-ċans li jingħataw flushom lura wara li l-Logħob kienu ġew posposti għas-sajf li ġej minħabba l-COVID-19.

L-organizzaturi qalu li b’kollox ħallsu lura 810,000 biljett minn kważi 4 miljun u nofs biljett mibjugħ.

Miktub minn...
TVM Sport