Oħrajn
Olimpjadi 2020: Jintemm ix-xogħol fl-istadium nazzjonali ta’ Tokjo

Jintemm ix-xogħol fuq l-istadium nazzjonali ta’ Tokjo li tlesta minħabba l-Olimpjadi li se jsiru s-sena d-dieħla.

Il-Kunsill tal-Isport Ġappuniż qal li kull ma fadal fl-istadium hu li jiġu rfinati xi ftit aktar affarijiet u jsiru s-safety checks finali qabel ma jsir il-ftuħ uffiċjali x-xahar id-dieħel.

L-istadium nazzjonali ta’ Tokjo mistenni jiftaħ fil-21 ta’ Diċembru u l-ewwel avveniment fih mistennija tkun il-finali tal-futbol tal-Emperor Cup.

L-ispiża fuq l-istadium laqħet il-biljun u kwart dollaru u se jkun jesa’ 60 elf spettatur.

L-Olimpjadi f’Tokjo jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej u jintemmu fid-9 ta’ Awwissu.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Oħrajn

It-tim tal-eSports Malti, KC Racing, li jikkonsisti miss-sewwieqa, Keith Camilleri, Brandon Tabone, Omar Barbara, Kurt Camilleri, Bernard Vella, John Agius, Richard Gafencu u sponsorjati minn Vesaro qegħdin jikkompetu fil-World GT…

Oħrajn

Conor McGregor tressaq fil-Qorti ilbieraħ akkużat li f’April li għadda ġġieled u sawwat raġel innoċenti f’ħanut tax-xorb, f’Dublin, fl-Irlanda. Il-ġellied Irlandiż ta’ 31 sena, tressaq il-Qorti Dublin District flimkien mal-Avukat…

Oħrajn

Iż-żgħażugh Amerikan Kyle Giersdorf rebaħ is-somma ta’ tlett miljun dollaru Amerikan dan wara li huwa kiseb l-għola unur f’tournament fi New York tal-logħba popolari online Fortnite. Giersdor li għandu 16…

Oħrajn

L-Ingliża Jamie Chadwick u l-Olandiża Beitske Visser se jkunu qed jiġġieldu għat-titlu W Series fit-tellieqa finali tal-istaġun li se ssir fi Brands Hatch ix-xahar id-dieħel wara li l-Finladiża Emma Kimilainen…

Aktar