X

Olimpjadi 2020: Jintemm ix-xogħol fl-istadium nazzjonali ta’ Tokjo

Story Published

Jintemm ix-xogħol fuq l-istadium nazzjonali ta’ Tokjo li tlesta minħabba l-Olimpjadi li se jsiru s-sena d-dieħla.

Il-Kunsill tal-Isport Ġappuniż qal li kull ma fadal fl-istadium hu li jiġu rfinati xi ftit aktar affarijiet u jsiru s-safety checks finali qabel ma jsir il-ftuħ uffiċjali x-xahar id-dieħel.

L-istadium nazzjonali ta’ Tokjo mistenni jiftaħ fil-21 ta’ Diċembru u l-ewwel avveniment fih mistennija tkun il-finali tal-futbol tal-Emperor Cup.

L-ispiża fuq l-istadium laqħet il-biljun u kwart dollaru u se jkun jesa’ 60 elf spettatur.

L-Olimpjadi f’Tokjo jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej u jintemmu fid-9 ta’ Awwissu.