Sports Internazzjonali
Olimpjadi 2020 – John Coates bis-sitt żjara f’Tokyo

Iċ-ċermen tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għal-Logħob ta’ Tokyo 2020, qal li l-belt ta’ Tokyo trid tkun preparata sew għall-Olimpjadi li se jsiru hemmhekk sentejn oħra, minħabba s-sħana kbira li tagħmel fis-sajf. John Coates kien qiegħed jagħmel is-sitt żjara tiegħu f’din il-belt sabiex jispezzjona l-preparamenti li qegħdin isiru qabel l-Olimpjadi, fosthom l-Istadium Nazzjonali, il-Park tal-Ekwestriju, l-Isport Plaza tal-Foresta Musashino, kif ukoll il-faċilitajiet tar-rowing u l-canoeing.

F’din iż-żjara ġiet konfermata wkoll ir-rotta li minnha ser tgħaddi t-torċa olimpika, li ser titlaq minn Fukushima u tinżel lejn in-nofsinhar sal-belt t’Okinawa, qabel tirritorna Tokyo.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Formula 1

Skont l-eks President tal-Ferrari, Luca di Montezemelo, li kieku Lewis Hamilton kien qiegħed isuq mal-Ferrari, allura l-Kampjonat tal-Kostrutturi tal-2018 kienet tirbħu l-iScuderia. Filwaqt li qal li l-Brittaniku kien ħaqqu li…

Sports Internazzjonali

Illum intefgħu żewġ nomini, waħda ta’ Stokkolma u l-oħra konġunta bejn il-bliet ta’ Milan u Cortina D’Ampezzo sabiex jospitaw l-Olimpjadi tax-Xitwa 2026. Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali kważi għaddej minn kriżi wara…

Formula 1

Żgur li s-segwaċi tal-Formula 1 jiftakru meta ftit tas-snin ilu, l-aħwa Schumacher kienu jtellqu ma’ timijiet differenti. Kien evidenti li Ralf Schumacher ma kienx tajjeb daqs ħuh Michael, imma l-Ġermaniż…

Sports Internazzjonali

Is-sewwieqa Ġermaniża ta’ Formula 3, Sophia Floersch, qalet li tirringrazzja lil Alla li baqgħet ħajja wara l-inċident gravi li kellha fil-Grand Prix ta’ Macau. It-tobba tal-isptar San Januario f’Macau qalu…

Aktar