International Sports
Olimpjadi 2020: L-organizzaturi jgħidu li kollox għadu skjedat b’mod normali…l-atleti frustrati bis-sitwazzjoni

L-organizzaturi tal-Olimpjadi tas-sajf li ġej, avżaw li bħalissa, l-ebda soluzzjoni li tittieħed ma tkun ideali u li kollox se jibqa skjedat b’mod normali.

L-atleti ta’ pajjiżi differenti huma inkwetati ferm dwar Tokjo 2020 u ħafna minnhom tkellmu pubblikament li dawn għandhom jiġu sospiżi mmedjatament minħabba r-riskju li jistgħu jġibu magħhom.

L-Olimpjadi mistennija jibdew fl-24 ta’ Lulju li ġej u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali għadu mhux jikkunsidra li jipposponi kollox.

Diversi avvenimenti sportivi kbar madwar id-dinja, bħall-EURO 2020, diġà ġew sospiżi għal dati oħra.

Iċ-Champion Olimpika Katerina Stefanidi qalet li l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali qed ipoġġi f’riskju s-saħħa tal-atleti kollha li se jipparteċipaw.

L-Ingliża Katarina Johnson-Thompson qalet li anki t-taħriġ sar xi ħaġa impossibbli.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Ibburdjar

Żewġ timijiet li ser ikunu qed jisfidaw lil xulxin fl-America’s Cup kmieni s-sena d-dieħla ngħataw il-permess li jidħlu fi New Zealand biex jibdew il-preparamenti tagħhom. It-timijiet ta’ American Magic u…

MMA - UFC

Il-Fighter Irlandiż Conor McGregor reġa’ qal permezz ta’ Twitter li se jkun qed jirtira. Din hi t-tielet darba li l-fighter rebbieħ ta’ żewġ titli tal-UFC qal li se jkun qed…

MMA - UFC

Il-Fighter Brażiljana li tgħix u tittrenja fi Florida l-Istati Uniti Amanda Nunes rebħet il-ġlieda tant mistennija kontra Felicia Spencer bil-punti f’bout li fiha l-Brażiljana ddominat ħafna mir-rounds. Il-Kanadiża Spencer kienet…

Aktar