Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi 2020: ‘United by Emotion’ se jkun il-motto tal-Logħob

‘United by Emotion’ hu l-motto il-ġdid tal-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi għal Tokjo 2020.

Dan il-motto ġie żvelat f’ċerimonja li saret dalgħodu.

L-għan tal-organizzaturi hu dak li jippruvaw iwasslu messaġġ ta’ diversità u inklużjoni madwar id-dinja.

It-tennista Naomi Osaka, imwielda l-Ġappun, preżentat dan il-motto f’filmat speċjali tal-okkażjoni.

Il-filmat ta’ dan il-motto se jitpoġġa fuq it-Tokjo Skytree, l-ikbar binja li teżisti fil-Ġappun, mit-Tnejn li ġej, ġurnata qabel ma tibda l-maratona bit-torċa Olimpika.

Madwar 10,000 atleta minn aktar minn 200 pajjiż se jkunu qed jipparteċipaw fl-Olimpjadi tas-sajf li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Futbol internazzjonali

Il-FIFA qiegħda tikkunsidra tgħolli l-età tal-plejers li se jipparteċipaw fl-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sena d-dieħla. Fil-preżent, fl-Olimpjadi, it-timijiet nazzjonali tal-futbol jistgħu jilagħbu plejers sal-età ta’ 23 sena iżda l-possibbiltà hi li…

Olimpijadi TOKYO 2020

L-olimpiku Will Claye għadu kif nieda video fuq YouTube bil-kanzunetta “Dreams Don’t Die.” L-idea żviluppat wara l-posponiment tal-Olimpjadi għas-sena d-dieħla. L-atleta Claye, li rebaħ midalja tal-fidda fl-Olimpjadi ta’ Rio fit-triple…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo se jibda fit-23 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla u jispiċċa fit-8 ta’ Awwissu. Id-deċiżjoni ttieħdet illum mill-Bord Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali. Il-Logħob Olimpiku ġie pospost il-ġimgħa li…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-organizzaturi Ġappuniżi jinsabu fl-aħħar stadji tat-taħdidiet bejniethom sabiex ikunu deċiżi d-dati ta’ meta ser isiru l-Olimpjadi s-sena d-dieħla. Skont rapporti li ħerġin, il-possibilità hi li l-logħob…

Aktar