Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Għada s-6 ta’ April jaħbat il-125 anniversarju mill-ewwel Olimpjadi moderni li kienu saru f’Ateni fl-1896

Għada s-6 ta’ April jaħbat il-125 anniversarju mill-ewwel Olimpjadi moderni li kienu saru f’Ateni fl-1896.

L-avveniment kien ta’ 10 t’ijiem bl-isem uffiċjali ta’ dak iż-żmien li kien ‘Games of the Olympiad.’

Sa dik id-data, l-Olimpjadi kienu l-akbar avveniment sportiv dinji li fih kienu ħadu sehem 241 atleta minn 14-il pajjiż differenti li kienu kkompetew fi 43 dixxipplina differenti.

Tnejn minn kull tliet atleti kienu Griegi.

L-Amerikan James Connolly kien sar l-ewwel Champion Olimpiku meta rebaħ l-avveniment tat-triple jump.

L-Olimpjadi l-antiki kienu bdew minn ħafna snin qabel, 776 QK sa 393 sena WK u kienu saru f’Olympia.

Miktub minn...
TVM Sport