Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi – Għall-ewwel darba l-Kumitat Organizattiv isemmi l-possibbilità li l-Logħob Olimpiku jkun ikkanċellat

It-torċa olimpika tinsab għaddejja mir-reġjun ta’ Yamagata. Filwaqt li f’ħafna reġjuni t-torċa tinsab għaddejja waħedha minħabba l-istat t’emerġenza li diversi reġjuni jinsabu fih, għall-ewwel darba l-Kumitat Organizzattiv ammetta li hemm il-possibbilità li l-Logħob Olimpiku jkun ikkanċellat.

Kien nhar il-Ġimgħa li għadda meta l-President Seiko Hashimoto stqarret li hemm il-possibbilità li l-Olimpjadi jkunu kkanċellati, imma saħqet li l-Kumitat Organizattiv, il-Gvern Ġappuniż u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali jinsabu kommessi 100% li l-Logħob Olimpiku jsir kif ippjanat.

Il-kritika mill-Ġappuniżi, mill-awtoritajiet tas-saħħa tal-pajjiż u anke minn organizzazzjonijiet oħra għadha għaddejja, u jidher li bil-mod il-mod il-Kumitat Organizzativ beda jħoss il-pressjoni ta’ dan kollu.

Fil-preżent il-Ġappun jinsab għaddej mir-raba’ mewġa ta’ każijiet ta’ Covid-19 u r-rata ta’ tilqim hija baxxa ħafna.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA