Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Iċ-ċrieki Olimpiċi lura f’posthom f’Tokyo Bay

Iċ-ċrieki Olimpiċi reġgħu lura f’posthom f’Tokyo Bay wara li kienu diġà twaħħlu u nqalgħu wara li l-Olimpjadi tas-sajf li għadda ġew ikkanċellati minħabba l-COVID-19.

L-organizzaturi bdew il-ħidma kbira tagħhom biex ikunu preparati sa Lulju għal dawk li qed isejħu bħala l-aqwa Olimpjadi ta’ kull żmien.

L-organizzaturi qali li dawn iċ-ċrieki Olimpiċi se jkunu ta’ simbolu li l-Logħob se jkunu qed isiru u b’mod sigur ħafna.

Iċ-ċrieki għandhom tul ta aktar minn 15-il metru u wisa’ ta’ aktar minn 32 metru.

Iċ-ċrieki se jibqgħu mitfija sakemm jitneħħew ir-ristrezzjonijiet fil-pajjiż li mpona l-Gvern minħabba l-coronavirus.

Miktub minn...
TVM Sport