Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Il-Gvern Ġappuniż se jestendi l-Istat ta’ Emerġenza f’Tokjo u tlett ibliet oħra

Il-Gvern Ġappuniż se jkun qed jestendi l-Istat ta’ Emerġenza f’Tokjo u tlett ibliet oħra sal-aħħar ta’ Mejju fi sforz biex jipprova jniżżel ir-rata ta’ tixrid tal-COVID-19 f’inqas sa tliet xhur oħra qabel il-bidu tal-Olimpjadi.

Dan ifisser li jekk l-Istat ta’ Emerġenza jintemm fil-31 ta’ Mejju, ikun għad fadal inqas minn xahrejn għall-ftuħ tal-Logħob li mistennija jibdew fit-23 ta’ Lulju.

Il-periferiji tal-Aichi u Fukuoka se jkunu żoni miżjuda ġodda taħt l-Istat ta’ Emerġenza, filwaqt li l-gżira ta’ Hokkaido u żewġ żoni oħra se jiżdiedu mal-lista ta’ dawk il-bliet li jinsabu fi kważi Stat ta’ Emerġenza.

Miktub minn...
TVM Sport