Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Il-Prim Ministru tal-Ġappun iwiegħed sigurtà u saħħa lil kulħadd

Il-Prim Ministru Ġappuniż, Yoshihide Suga, wiegħed li l-Olimpjadi ta’ Lulju li ġej f’Tokjo se jkunu ta’ sigurtà għas-saħħa ta’ kulħadd.

Suga qal dan ftit sigħat wara li ħabbar it-tielet Stat ta’ Emerġenza fil-pajjiż.

Fit-tielet Stat ta’ Emerġenza, il-Gvern Ġappuniż ordna lir-ristoranti u l-bars jibqgħu magħluqa filwaqt li waqqaf il-partitarji mill-avvenimenti sportivi l-kbar fil-pajjiż sal-11 ta’ Mejju li ġej.

Il-Prim Ministru Suga qal li l-Ġappun se jkun qed jieħu l-miżuri kollha possibbli fuq saħħet kulħadd għall-Olimpjadi li se jkunu qed isiru f’Tokjo f’Lulju li ġej.

Miktub minn...
TVM Sport