Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Inqas minn 200 ġurnata mill-ftuħ, il-belt ta’ Tokjo għadha f’dubju dwar saħħet in-nies

Hekk kif il-belt ta’ Tokjo daħlet fit-tieni stat ta’ emerġenza, inqas minn 200 ġurnata mill-bidu tal-Olimpjadi, id-dubji jkompli jiżdiedu dwar kemm dawn il-Logħob jistgħu jiġu organizzati b’mod sigur għal kulħadd.

Il-Gvern Ġappuniż u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali, f’Marzu li għadda ddeċidew li jipposponu l-Olimpjadi għal din is-sena.

L-Olimpjadi mistennija jibdew fit-23 ta’ Lulju u jintemmu fit-8 ta’ Awwissu.

Il-vjaġġ ta’ 121 ġurnata tat-torċa mistenni jibda minn Fukushima fil-25 ta’ Marzu.

Miktub minn...
TVM Sport