Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-torċa Olimpika tibda jumejn tour f’Miyazaki

Ir-relay bit-torċa Olimpika bdiet il-jumejn tour tagħha mill-periferija ta’ Miyazaki.

Ir-relay bit-torċa bdiet il-ġurnata minn Takachiho Town u għaddiet minn erbat ibliet qabel waslet f’Miyzaki City.

Il-belt ta’ Miyazaki hi s-16 minn 47 belt li t-torċa trid tgħaddi minnhom qabel il-ftuħ tal-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 fit-23 ta’ lulju li ġej.

Ir-rotta kellha fiha diversi spettaturi li ħarġu jsegwu u japplawdu minn kull fejn għaddiet.

Minkejja dan, meta t-torċa tasal f’Okinawa, il-pubbliku mhux se jitħalla jsegwi fit-toroq minħabba żidiet fil-każi tal-coronavirus fl-aħħar jiem.

Il-Ġimgħa, il-Prim Ministru tal-Ġappun, Yoshihide Suga qal li l-Olimpjadi ta’ Tokjo se jkunu ta’ sigurtà għas-saħħa ta’ kulħadd.

 

Miktub minn...
TVM Sport