Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-torċa Olimpika tibda l-vjaġġ ta’ jumejn mill-periferija ta’ Okinawa

Ir-relay bit-torċa Olimpika bdiet il-vjaġġ ta’ jumejn mill-periferija ta’ Okinawa mingħajr spettaturi jsegwu fit-toroq.

Ir-reġjun ta’ Okinawa huwa żona ħamra fil-pajjiż minħabba żidiet konsistenti fl-aħħar ġimgħat ta’ persuni pożittivi għall-COVID-19.

It-torċa għaddiet min-naħat ta’ Nago u anki Ishigaki sakemm reġgħet lura għan-naħat ta’ Nago.

It-torċa għad trid tgħaddi minn Peace Park sa Itoman sakemm tasal fil-villaġġ Zamami fejn hawnhekk l-ispettaturi jkunu jistgħu joħorġu.

Il-periferija ta’ Okinawa hija t-18-il belt minn 47 li t-torċa trid tgħaddi minnhom sal-ġurnata tal-ftuħ li hi t-23 ta’ lulju.

Miktub minn...
TVM Sport