Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-Torċa Olimpika tkompli l-vjaġġ tagħha f’Nakatsugawa

Ir-relay bit-torċa Olimpika kompliet il-vjaġġ tagħha mill-periferija ta’ Gifu fil-belt ta’ Nakatsugawa, matul il-ġurnata tal-bieraħ.

L-organizzaturi ħeġġew lill-ispettaturi kollha biex jilbsu l-maskri, josservaw id-distanza soċjali u jevitaw li jitkellmu u jgħajtu f’wiċċ xulxin.

Minkejja dan, fl-aħħar sigħat ma ġewx irrapurtati aktar żidiet ta’ każi ta’ coronavirus fl-istess belt.

Fis-sigħat li għaddew bdew diskussjonijiet jekk it-torċa għandix tgħaddi minn Osaka minħabba ż-żieda tal-każijiet fl-istess belt.

Il-Gvernatur Hirofumi Yoshimura qal r-relay bit-torċa għandha tiġi kkanċellata milli tgħaddi mill-belt tiegħu minħabba żidiet ta’ każi ta’ COVID-19.

Miktub minn...
TVM Sport