Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-torċa Olimpika tlesti l-jumejn tour fil-periferija ta’ Kagawa

Ir-relay bit-torċa Olimpika lestiet il-jumejn tour li kellha fil-periferija ta’ Kagawa, it-12 mis-47 belt li trid tgħaddi minnhom saċ-ċerimonja tal-ftuħ.

It-torċa kompliet bil-vjaġġ tagħha dalgħodu minn Sakaide City qabel ma tasal f’Takamatsu City.

L-ispettaturi kellhom il-permess mill-ġdid biex joħorġu fit-toroq isegwu lit-torċa mill-viċin.

Sakemm it-torċa għaddiet minn Osaka, ħadd ma tħalla jkun viċin tagħha jinġabar fit-toroq minħabba żidiet fil-każi tal-COVID-19.

Ir-relay bit-torċa Olimpika tkompli għada fil-periferija ta’ Kochi.

 

Miktub minn...
TVM Sport