Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-torċa Olimpika ttemm jumejn tour fil-periferija ta’ Saga

Ir-relay bit-torċa Olimpika temmet jumejn tour fil-periferija ta’ Saga.

Din kienet il-21 belt minn 47 li t-torċa trid tgħaddi minnhom sakemm tasal fl-istadium għall-ftuħ tal-Olimpjadi fti-23 ta’ Lulju.

It-torċa bdiet il-ġurnata minn Kiyama Town sakemm waqfet f’Saga City.

S’issa nġabru aktar minn 300,000 firma online mill-poplu Ġappuniż biex l-Olimpjadi jiġu kkanċellati minħabba l-biża ta’ tixrid tal-coronavirus.

L-organizzaturi qegħdin jgħidu li dawn il-Logħob huma ta’ siguità għal kulħadd.

It-torċa se tkompli mill-periferija ta’ Fukuoka.

Miktub minn...
TVM Sport