Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-torċa tibda jumejn vjaġġ mill-periferija ta’ Ehime

Ir-relay bit-torċa Olimpika bdiet il-jumejn vjaġġ tagħha mill-periferija ta’ Ehime.

Ehime hi l-14-il belt mis-47 li trid tgħaddi minnha sal-ġurnata taċ-ċerimonja tal-ftuħ.

L-ispettaturi tħallew joħorġu barra jsegwu t-torċa għaddejja iżda l-Kumitat Organizzativ ħabbar uffiċjalment li għall-1 u t-2 ta’ Mejju, meta t-torċa tasal f’Okinawa Island, ħadd mhu se jkun jista’ joħroġ isegwi mill-viċin.

Din hi t-tieni darba li kellhom jittieħdu dawn il-prekawzjonijiet minħabba ż-żieda ta’ każijiet ta’ coronavirus fil-pajjiż.

L-ewwel darba kienet meta t-torċa għaddiet minn Osaka.

 

Miktub minn...
TVM Sport