Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Ir-relay bit-torċa tkompli bil-vjaġġ tagħha f’Yamaguchi

Ir-relay bit t-torċa Olimpika kompliet bil-vjaġġ tagħha mill-periferija ta’ Yamaguchi anki jekk il-Ġappun iddikjara Stat ta’ Emerġenza fi tlett ibliet li ntlaqtu l-aktar mill-pandemija tal-COVID-19.

L-aħbar tal-aħħar Stat ta’ Emerġenza fil-pajjiż ingħatat ilbieraħ mill-Prim Ministru Yoshihide Suga.

L-Olimpjadi ta’ Tokjo jibdew 10 ġimgħat oħra fit-23 ta’ Lulju.

Il-bliet ta’ Hokkaido, Okayama u Hiroshima mistennija jingħaqdu wkoll fi Stat ta’ Emerġenza fil-jiem li ġejjin.

Ilbieraħ ġiet preżentata lill-Gvernatur ta’ Tokjo petizzjoni li saret online bi 350,000 firma miċ-ċittadini tal-pajjiż li huma kontra li jsiru l-Olimpjadi f’pajjiżhom.

Miktub minn...
TVM Sport