Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: It-torċa Olimpika tibda l-vjaġġ f’Toyama

Ir-relay bit-torċa Olimpika bdiet bl-ewwel minn żewġ legs tagħha fil-periferiji ta’ Toyama.

Iċ-ċerimonja f’Toyama kellha tiċċekken għal skala iżgħar minħabba l-problemi marbuta mal-pandemija tal-COVID-19.

Stħarriġ wara ieħor fil-Ġappun wera li l-maġġoranza tal-poplu hu kontra li dawn l-Olimpjadi jsiru fil-pajjiż.

L-istazzjon nazzjonali Ġappuniż irraporta li bejn 10,000 u 80,000 voluntier għal dawn l-Olimpjadi u l-Paraolimpjadi rtiraw mill-għajnuna li kienu se jagħtu.

 

Miktub minn...
TVM Sport