Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: It-torċa olimpika tibda vjaġġ ta’ jumejn fir-reġjun ta’ Kumamoto

It-torċa olimpika bdiet il-vjaġġ ta’ jumejn fir-reġjun ta’ Kumamoto.

Dan hu d-19-il reġjun minn 47 li trid tgħaddi minnhom it-torċa qabel tasal Tokjo.

L-awtoritajiet Ġappuniżi qed jagħmlu dak kollu possibbli biex jassiguraw li ma jkunx hemm parteċipanti fir-relay tat-torċa olimpika li jkunu infettati bil-Covid-19.

L-opinjoni pubblika fil-Ġappun għadha kontra li l-Logħob Olimpiku jsir kif ippjanat.

Ħafna qed isostnu li l-Olimpjadi għandhom jerġġhħu jiġu sospiżi jew inkella jkunu kkanċellati darba għal dejjem.

Miktub minn...
TVM Sport