Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: It-torċa ttemm it-tieni leg f’Toyama

It-tieni leg tal-vjaġġ tat-torċa Olimpika f’Toyama beda minn dalgħodu b’ċerimonja li saret fil-Fugan Canal Kansui Park.

Iċ-ċerimonja, bħall-oħrajn kollha ta’ qabilha, kellha diversi ristrezzjonijiet minħabba l-pandemija tal-COVID-19.

Dalgħodu, il-kamp tal-Kumitat Organizzativ tal-Olimpjadi, Seiko Hashimoto, reġa’ qal li l-Olimpjadi se jsiru kif pjanati minkejja l-istħarriġ tal-opinjoni pubblika li ma jridx dawn il-Logħob isiru fil-pajjiż.

It-torċa tibda l-vjaġġ tagħha fil-belt ta’ Niigata minn għada.

 

Miktub minn...
TVM Sport