Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: Jikbru d-dubji dwar kemm se jsiru hekk kif Tokjo tinsab viċin it-tielet lockdown

Olimpjadi: Ikomplu jikbru d-dubji dwar kemm l-Olimpjadi ta’ Lulju li ġej se jsiru jew le hekk kif Tokjo qed tipprepara li tidħol għat-tielet lockdown tagħha.

Kollox qed jindika li l-Gvern Ġappuniż se jkun qed isejjaħ lockdown iehħor biex irażżan l-imxija tal-coronavirus.

Il-Ġappun qiegħed f’tarf li jiddakjara Stat ta’ Emerġenza f’Tokjo, Osaka u żewġt ibliet oħra.

L-Olimpjadi jinsabu tliet xhur ‘il bogħod.

 

Miktub minn...
TVM Sport