Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi – Jinħatru żewġ nisa bħala Ministru u President tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż

Fil-Ġappun, Tamayo Marukawa kienet maħtura bħala l-Ministru l-ġdid tal-Olimpjadi wara r-riżenja ta’ Seiko Hashimoto. L-ex Ministru Ġappuniż irriżenjat mill-kariga biex tieħu l-pożizzjoni ta’ President tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż. Tamayo Marukawa, li għandha 50 sena, kienet appuntata mill-Prim Ministru Ġappuniż Yoshihide Suga, f’mossa ċara kontra dak li qal l-ex President tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż Yoshiro Mori li rreżenja wara kummenti sessisti.

Fl-ewwel kummenti tagħha bħala President tal-Kumitat Olimpiku Ġappuniż, Seiko Hashimoto qalet li ser tieħu azzjoni immedjata sabiex terġa’ tibni l-kumitat li qala’ daqqa qawwija wara l-kummenti u r-riżenja tal-President ta’ qabilha. Qalet li sal-aħħar ta’ Frar tixtieq turi biċ-ċar x’inhi d-direzzjoni tagħha lejn l-Olimpjadi tas-sajf li ġej. Seiko Hashimoto mhijiex wiċċ ġdid fl-Olimpjadi għaliex fil-passat ħadet sehem fil-Logħob Olimpiku, kemm tas-sajf u anke tax-xitwa, bħala ċiklista u skater.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA