
Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi – Jirreżenja l-Kap tal-Kreattività Hiroshi Sasaki minħabba kummenti sessisti
Il-Kap tal-Kreattività tal-Olimpjadi ta’ Tokjo, Hiroshi Sasaki, irreżenja mill-kariga wara li għadda kummenti sessisti dwar mara Ġappuniża. Is-saga ta’ kummenti sessisti minn irġiel Ġappuniżi kompliet għaddejja fl-aħħar ġimgħat, u Sasaki ħass li kellu jirreżenja minn jeddu w informa b’dan lill-President tal-Kumitat Organizattiv Seiko Hashimoto. Din hija t-tieni riżenja wara dik ta’ Yoshiro Mori li niżel mill-kariga x-xahar li għadda.
Hiroshi Sasaki kien qed jieħu ħsieb iċ-ċerimonji tal-ftuħ u l-għeluq tal-Olimpjadi, u jidher li għadda l-kumment sessist fi grupp fuq il-mobile dwar Naomi Watanabe.