Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi: L-organizzaturi jħabbru li l-isponsors inżammu kollha

L-organizzaturi tal-Olimpjadi ta’ Tokjo tas-sajf li ġej qalu li t-68 sponsor ewlieni li kienu kkonfermati għal-Logħob li suppost saru fis-sajf li għadda kkonfermaw li se jżommu l-ftehim li għandhom.

L-Olimpjadi kienu ġew ikkanċellati minħabba l-pandemija tal-COVID-19 u mistennija jibdew f’Lulju li ġej.

L-ammont totali finanzju tal-isponsors kollha għall-Olimpjadi mistenni jaqbeż il-200 miljun ewro.

Fost l-isponsors ewlenien hemm dawk tal-linja tal-ajru Ġappunża u l-ALl Nippon Airways li ħadu daqqiet kbar minħabba l-pandemija li laqtet id-dinja iżda fl-aħħar sigħat it-tnejn li huma kkonfermaw li se jkunu qed iżommu l-ftehim li kellhom.

Miktub minn...
TVM Sport