Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi ta’ Tokjo: Il-KOI jiddeċiedi li jsiru bejn it-23 ta’ Lulju u t-8 ta’ Awwissu 2021

Il-Logħob Olimpiku ta’ Tokjo se jibda fit-23 ta’ Lulju tas-sena d-dieħla u jispiċċa fit-8 ta’ Awwissu.

Id-deċiżjoni ttieħdet illum mill-Bord Eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali.

Il-Logħob Olimpiku ġie pospost il-ġimgħa li għaddiet minħabba l-pandemija tal-coronavirus.

Minkejja li se jsiru s-sena d-dieħla, il-KOI iddeċiedi li l-isem se jibqa’ Tokjo 2020.

Il-Paraolimpjadi li kellhom jibdew fil-25 ta’ Awwissu li ġej, issa se jsiru mill-24 ta’ Awwissu sal-5 ta’ Settembru tas-sena d-dieħla.

L-atleti li kienu diġà kwalifikati għal dawn l-Olimpjadi se jkunu jistgħu jikkompetu fl-edizzjoni li se ssir is-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport
Aħbarijiet Oħra
Olimpijadi TOKYO 2020

F’Tokjo, jitneħħew iċ-ċrieki li kienu jiffurmaw l-Monument Olimpiku għall-manutenzjoni. Dan il-monument jinsab f’Tokyo Bay u sar apposta għaliex matul dan is-sajf din il-belt Ċiniża suppost kienet qiegħda tospita l-Olimpjadi. Filwaqt…

Olimpijadi TOKYO 2020

Olimpijadi ta’ Tokjo: Il-Pulizija ta’ Tokjo arrestat raġel li ilha tiġri warajh kważi sena u se tressqu l-Qorti talli dan xtara u beda jbiegħ midalji foloz tal-Olimpijadi ta’ Tokjo u…

Olimpijadi TOKYO 2020

Il-Qatar illum għamluha uffiċjali li jinsabu interessati li jospitaw l-edizzjoni tal-Olimpjadi tal-2032. Il-Qatar se jospitaw l-edizzjoni li jmiss 2022 tat-Tazza tad-Dinja. Il-Kumitat Olimpiku tal-Istat Għarbi qal li tefa’ r-rikjesta mal-Kumitat…

Aktar