Olimpijadi TOKYO 2020
Olimpjadi Tokjo: L-atleti li kienu diġà kwalifikaw se jżommu posthom għas-sena d-dieħla

L-atleti li kienu diġà kwalifikaw għall-Olimpjadi ta’ Tokjo 2020 qabel ma l-Logħob ġie pospost, se jżommu posthom bħala parteċipanti għal meta se jsiru s-sena d-dieħla.

Madraw 6,200 atleta minn 11,000 li jridu jipparteċipaw kienu diġà kkwalifikaw mill-pajjiżi kollha minn madwar id-dinja qabel ma bdiet il-pandemija tal-coronavirus li waslet għall-aħbar tat-Tlieta li għadda li l-Olimpjadi jiġu posposti għas-sena d-dieħla.

Sebastian Coe, President tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Atleti kkonferma din id-deċiżjoni.

L-Olimpjadi 2020 kellhom jibdew fl-24 ta’ Lulju li għadda u l-Kumitat Olimpiku Internazzjonali u l-Gvern Ġappuniż għad iridu jiddeċidu d-dati eżatt meta se jibdew is-sena d-dieħla.

Miktub minn...
TVM Sport