Futbol lokali
Oliver Spiteri u Balzan FC….. daqshekk

Il-Club tal-Premier Balzan FC ħabbar permezz ta’ stqarrija li Oliver Spiteri mhux se jibqa’ aktar imexxi lit-team ta’ Balzan FC meta dan kien għad fadallu sena oħra bħala kowċ tat-team fil-kuntratt tiegħu.

Din l-istqarrija kienet il-konferma ta’ dak li diversi nies midħla fil-football lokali kienu ilhom qed jisimgħu hekk kif ir-riżultati ta’ Balzan FC fit-tielet round tal-Kampjonat BOV Premier ma kienux kif il-Kumitat kien qed jistenna. Balzan FC fallew tliet logħbiet kruċjali li kieku rebħu waħda minnhom kienu jibqgħu jisfidaw għar-rebħ tal-kampjonat sal-aħħar.

Spiteri ilu jmexxi lil Balzan FC għal dawn l-aħħar tliet staġuni fejn dejjem spiċċaw mal-ewwel erba’ postijiet fil-klassifika. Fost il-kisbiet ta’ Spiteri kien hemm it-tragward sal-finali tal-FA Trophy u l-kwalifikazzjoni storika għall-ewwel darba ta’ Balzan FC fil-Uefa Europa League l-istaġun li għadda.

Spiteri kien beda jmexxi lil Balzan mill-istaġun 2014/15 wara li kien l-ewwel iffirma kuntrat ta’ sentejn mal-Club wara li l-istaġun ta’ qabel kien safa’ relegat fl-ewwel diviżjoni mat-team ta’ Vittoriosa. F’Awwissu 2015 Balzan kienu estendew il-kuntratt ta’ Spiteri sa tmiem l-istaġun 2017/18.

TVM Sport jinsab infurmat li l-mossa ta’ Anton Tagliaferro li ingaġġa lid-Direttur Tekniku Vladimir Somovic ġimgħatejn ilu ma tantx niżlet tajjeb ma’ Spiteri. Għadu mhux magħruf jekk l-assistent ta’ Spiteri Jean Paul Desira hux se jispiċċa wkoll minn mal-Club.

Miktub minn...
TVM Sport
.
Aħbarijiet Oħra
Futbol lokali

Isaac Ntow, id-difesnur laterali ta’ Hibernians FC, ġie sospiż erba’ partiti. Din l-informazzjoni ingħatat mill-Malta Football Association li bagħtet l-informazzjoni kollha tal-plejers u l-uffiċjali li ġew sospiżi fil-partiti ta’ tmiem…

Futbol lokali

Kevin Tulimieri, il-midfielder ta’ Hamrun Spartans FC, iffirma kuntratt ġdid li se jorbtu mal-klabb sal-istaġun 2019/20. Dan ifisser li l-plejer Taljan minn Napli se jkun qed jilbes il-flokk tal-Ispartans għal…

Futbol lokali

Marsa FC jinsabu għaddejjin minn turbolenzi kbar fil-klabb tagħhom minħabba l-fatt li fl-aħħar sigħat, disgħa minn 11-il membru li kienu jiffurmaw parti mill-Kumitat tagħhom, irriżenjaw minħabba diżgwied mal-President Twanny Mercieca….

Aktar