Snooker
Open Day tal-Akkademja tal-Isnooker nhar is-Sibt li ġej

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Billiard u l-iSnooker ser tkun qed torganizza Open Day tal-Akkademja fejn kulħadd huwa mistieden jattendi u jara l-faċilitajiet. L-Open Day ser tkun nhar is-Sibt li ġej (30 t’Ottubru).

Il-ġenituri tat-tfal interessati li jitħarrġu f’dan l-isport huma mħeġġa jattendu u jinkitbu bejn it-8:00 u s-13:00. Fl-Open Day ser ikun hemm ukoll il-kowċis sabiex jassistu lil dawk interessati.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm 90 MINUTA