Tennis
Open ta’ Munich: Struff u Basilashvili jikkwalifikaw għall-finali

Il-Ġermaniż Jan-Lennard Struff u Nikoloz Basilshvili tal-Ġorġja se jkunu qed jilagħbu l-finali tal-BMW Open ta’ Munich.

Iż-żewġ plejers rebħu s-semifinali tagħhom fi straight setts.

Struff għeleb lil Ilya Ivashka tal-Belarus 6-4 u 6-1.

Basilashvili kellu rebħa aktar faċli meta għeleb lil Casper Ruud tan-Norveġja b’setts ta’ 6-1 u 6-2 f’71 minuta.

 

Miktub minn...
TVM Sport