Tennis
Open ta’ Wimbeldon – Angelique Kerber u Serena Williams fil-finali

Il-Ġermaniża Angelique Kerber għamlitha għall-finali tal-Open ta’ Wimbeldon, meta fis-semifinali għelbet lil Jelena Ostapenko tal-Latvja. Ostapenko bdiet twettaq żball wieħed wara l-ieħor, b’Kerber taċċetta r-rigali kollha biex għamlitha għat-tieni finali tagħha ta’ Wimbeldon fil-karriera.

Fis-semifinali l-oħra, il-Ġermaniża Julia Goerges ma rnexxiliex tagħmel dak li għamlet il-kompatrijotta tagħha, meta tilfet kontra l-Amerikana Serena Williams 6-2, 6-4. Williams irnexxielha tasal għall-10 finali tagħha f’Wimbeldon f’temp ta’ 70 minuta, fejn dejjem kienet aħjar mill-avversarja u ma tatx ċans lill-Ġermaniża tirkupra.

Il-finali tan-nisa tal-Open ta’ Wimbeldon bejn Angelique Kerber u Serena Williams tintlagħab nhar is-Sibt li ġej.

Fis-sezzjoni tal-irġiel, xejn ma kienet semifinali faċli għal Rafael Nadal kontra Juan Martin del Potro meta kien hemm bżonn jintlagħbu ħames sets, sakemm l-Ispanjol għamilha għall-finali, wara kważi ħames sigħat fil-court. L-ewwet set rebħu Nadal 7-5, imma r-reazzjoni ta’ del Potro kienet qawwija tant li rebaħ iż-żewġ sets ta’ wara 7-6 u 6-4 biex mar minn fuq. Imma Nadal, irnexxielu jirkupra u rebaħ ir-raba’ set 6-4, bil-ħames u l-aħħar set jirbħu Nadal 6-4 ukoll.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Ġappuniża Naomi Osaka kellha b’rebħa tajba kontra Dominika Cibulkova b’sets ta’ 6-2 u 6-1 f’Tokjo. Osaka, li għelbet lil Serena Williams fil-finali tal-US Open, saret l-ewwel Ġappuniża li rebħet finali…

Tennis

Tennis: Fil-US Open finali tas-singles tan-nisa kontroversjali hekk kif Naomi Osaka li għad għandha 20 sena saret l-ewwel tennista Ġappuniża li rebħet Grand Slam meta fil-finali hi rebħet kontra l-Amerikana…

Tennis

Il-Ġappuniża Naomi Osaka saret l-ewwel tennista Ġappuniża fl-Istorja li waslet sa finali ta’ Grand Slam u li se tkun qed tilgħab kontra l-Amerikana Serena Williams. Osaka għelbet fis-semifinali lil Madison…

Tennis

Tennis: It-tennista żagħżugħa Maltija Francesca Curmi tilfet fid-debutt tagħha fil-main round tal-US Open Junior Tennis Championships li qed isiru fi New York l-Istati Uniti. Curmi tilfet f’żewġ sets 6-3 u…

Aktar