Tennis
Open ta’ Wimbeldon – Rebħiet għal Federer, Bertens u Serena Williams

Tennis – Wimbeldon Open. L-Iżvizzeru Roger Federer għadu biċ-ċans li jirbaħ l-Open ta’ Wimbeldon għad-disa’ darba fil-karriera tiegħu, rekord ġdid li s’issa għadu ħadd qatt m’għamlu, dan wara li fil-kwartifinali għeleb lill-Franċiż Adrian Mannarino 6-0, 7-5, 6-4. Federer beda tajjeb ħafna, tant li f’temp ta’ kwarta din diġa’ rebaħ l-ewwel set, imma mbagħad Mannarino wettaq reazzjoni li għalkemm ta sfida denja lill-Iżvizzeru, xorta ma kienx biżżejjed.

Fis-sezzjoni tan-nisa Kiki Bertens eliminat liċ-Ċeka Karolina Pliskova, biex b’hekk l-ewwel tmien tennisti fir-rankings dinjija kollha huma eliminati mill-Open ta’ Wimbeldon. Bertens rebħet f’żewġ sets, 6-3, 7-6, biex b’hekk hija l-ewwel tennista Oldaniża li waslet sal-kwartifinali. Pliskova segwiet lil sħabha t-tennisti l-oħra, fl-ewwel ġimgħa ta’ disfatti għal dawk li kienu fl-ewwel tmien post tar-rankings.

Min-naħa l-oħra, l-Amerikana Serena Williams irnexxielha tgħaddi għall-kwartifinali wara li għelbet lil Evgeniya Rodina 6-2, 6-2. Williams, li bħalissa tinsab fis-seed numru 25 wara li kellha tieqaf minħabba t-twelid tat-tarbija, kellha bżonn ftit aktar minn siegħa biex tegħleb lir-Russa, u issa fil-kwartifinali se tilgħab kontra t-Taljana Camila Giorgi.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Il-Ġappuniża Naomi Osaka kellha b’rebħa tajba kontra Dominika Cibulkova b’sets ta’ 6-2 u 6-1 f’Tokjo. Osaka, li għelbet lil Serena Williams fil-finali tal-US Open, saret l-ewwel Ġappuniża li rebħet finali…

Tennis

Tennis: Fil-US Open finali tas-singles tan-nisa kontroversjali hekk kif Naomi Osaka li għad għandha 20 sena saret l-ewwel tennista Ġappuniża li rebħet Grand Slam meta fil-finali hi rebħet kontra l-Amerikana…

Tennis

Il-Ġappuniża Naomi Osaka saret l-ewwel tennista Ġappuniża fl-Istorja li waslet sa finali ta’ Grand Slam u li se tkun qed tilgħab kontra l-Amerikana Serena Williams. Osaka għelbet fis-semifinali lil Madison…

Tennis

Tennis: It-tennista żagħżugħa Maltija Francesca Curmi tilfet fid-debutt tagħha fil-main round tal-US Open Junior Tennis Championships li qed isiru fi New York l-Istati Uniti. Curmi tilfet f’żewġ sets 6-3 u…

Aktar