Tennis
Open tal-Awstralja: Dalgħodu Djokovic jilgħab kontra Pouille fis-semifinali

Mill-Open tal-Awstralja, dalgħodu jkollna t-tieni semifinali tal-irġiel, meta fid-9:30am tibda l-logħba bejn is-Serb Novak Djokovic u l-Franċiż Lucas Pouille.

Djokovic ma setax ikollu kwartifinali aħjar milli kellu għaliex lanqas kellu għalfejn jilgħab il-logħba kollha meta fit-tieni sett il-Ġappuniż Kei Nishikori weġġa’ u kellu jirtira. Matul l-aħħar 10 snin, Djokovic lagħab 64 darba kontra oppożizzjoni Franċiża, u minn dawn rebaħ 62 logħba u allura s-seed numru wieħed jibqa’ l-favorit li jegħleb lis-seed numru 31 sabiex jilgħab fil-finali kontra l-Ispanjol Rafael Nadal.

Inċidentalment, Pouille lagħab tmien darbiet kontra tennisti fl-ewwel għaxar postijiet tar-rankings dinjija, u minn dawn rebaħ biss logħba waħda, fl-Open tal-Istati Uniti sentejn ilu meta kien elimina lil Nadal.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

L-Ispanjol Rafael Nadal rebaħ l-34 ATP Masters fil-karriera tiegħu meta fil-finali tal-Open ta’ Ruma għeleb lis-Serb Novak Djokovic b’żewġ sets għal wieħed. Nadal rebaħ l-ewwel sett 6-0, b’Djokovic jirrispondi fit-tieni…

Tennis

Tennis, fl-Open ta’ Ruma kienet Karolina Pliskova li rebħet fil-finali kontra Johanna Konta meta rebħitilha f’żewġ sets 6-3, 6-4 sabiex rebħet dan l-Open. Pliskova li hi mir-Republika Ċeka ma tilfitx…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini kellu bidu tajjeb fl-Open ta’ Ruma meta rnexxielu jegħleb lil Jo-Wilfried Tsonga. Is-seed numru 10, li huwa wieħed mill-favoriti minħabba li qiegħed jilgħab f’pajjiżu, għeleb lis-seed numru…

Tennis

Is-seed numru wieħed Novak Djokovic xejjen l-isfida ta’ Stefanos Tsitsipas u fil-finali rebaħlu 6-3 6-4. Fl-Open ta’ Madrid is-Serb kien fl-aqwa tiegħu biex b’hekk rebaħ it-33 Masters tiegħu u laħaq…

Aktar