Open tal-Awstralja – eliminata Sharapova

Wara l-eliminazzjoni ta’ Serena Williams, fi tmiem il-ġimgħa, sorpriża oħra fir-raba rawnd fil-kategorija femminili, hekk kif ir-Russa, tielet seed Maria Sharapova sfat megħluba 3-6 6-4 6-1 kontra t-tennista Slovakka Dominika Cibulkova.

Min-naħa tagħha, ċ-ċampjin renjanti Victoria Azarenka kompliet tavvanza fit-tentattiv li tirbaħ dan it-tourmanet għat-tielet sena konsekuttiva, wara li għelbet lil Sloane Stephens fir-raba rawnd bil-punteġġ ta’ 6-3 6-2.

Bl-eliminazzjoni fir-Raba rawnd tar-Russa Maria Sharapova u s-seed numru wieħed, l-Amerikana Serena Williams, issa Azarenka hija favorita li żżomm dan it-titlu.

Fil-kategorija tal-irġiel Rafael Nadal għeleb fi tliet sets lill-Gappuniz Kei Nishikori 7-6 7-5 7-6 fir-Rod Laver Arena, biex issa fil-Kwarti Finali, l-Ispanjol jiltaqa konta t-tnejn u ghoxrin seed Grigor Dimitrov.

Andy Murray kellhu jieħu erba sets biex avvanza mal-aħħar tmienja, wara li fir-Raba Rawnd għeleb lill-Franciz Stephane Robert 6-1 6-2 6-7 6-2.

article-2542513-1AD26A5900000578-992_634x437

Din kienet l-ewwel darba f’dan it-tournament li Murray ċeda set, biex issa fi-kwarti finali jiltaqa kontra l-Isvizzeru Roger Federer li kmieni t-Tnejn wara nofsinhar għeleb lill-Franċiż Jo-Wilfried Tsonga 6-3 7-5 6-4.

Miktub minn...
Rodney Vassallo
Aħbarijiet Oħra
International Sports

Il-Grand Prix tal-Ħadd li ġej f’Silverstone se jkun Grand Prix speċjali għaliex se jkun qed ifakkar is-70 anniversarju tal-ewwel Grand Prix fl-istorja li kien sar propju f’Silverstone fit-13 ta’ Mejju…

International Sports

Il-cricket fl-Ingilterra sar l-ewwel sport li qed jerġa’ jara l-partitarji fih minn wara l-pandemija tal-COVID-19. 1,000 partitarji attendew għall-partita ta’ ħbiberija li ntlagħbet dalgħodu bejn Surrey u Middlesex. Il-partita qed…

International Sports

Alex Pullin, l-atleta tal-Awstralja, darbtejn Champion tad-Dinja tal-isnowboarding, instab mejjet fl-età ta’ 32 sena. Il-Pulizija kkonfermaw li Pullin instab fil-bajja ta’ Queensland Gold Coast u kien qed jistad meta ħassu…

International Sports

L-ex sewwieq tal-Formula 1 Alex Zanardi jinsab f’kundizzjoni kritika wara li lbieraħ filgħaxija kien involut f’inċident bil-handbike. Zanardi ġie operat urġenti f’rasu wara inċident ikrah fit-toroq ta’ Pienza ma’ trakk…

Aktar