Tennis
Open tal-Awstralja: Francesca Curmi fis-semifinali tal-Junior Doubles, Pellicano eliminata
Is-semifinali għall-ħabta tal-5 tal-Ħamis filgħodu ħin ta' Malta

Ikompli l-mument tad-deheb tat-tennista Maltija ta’ 16-il sena Francesca Curmi meta baqgħet tavvanza u għaddiet għas-semifinali tal-Junior Doubles fl-Open tal-Awstralja.

Curmi qed tilgħab f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh. Fil-kwartifinali tal-lejl li għadda f’Melbourne Park huma għelbu lill-koppja Tajlandiża Thasaporn Naklo u Mananchaya Sawangkaew żewġ sets għal wieħed: 7-6, 4-6, 10-7.

Curmi u Bencheikh issa jmisshom semifinali diffiċli ħafna kontra Natsumi Kawaguchi tal-Ġappun u l-Ungeriża Adrienn Nagy il-lejl li ġej. Il-konfront huwa r-raba’ wieħed fi programm li jibda fis-1 ta’ filgħodu ħin ta’ Malta u allura probabbli jkun għall-ħabta tal-5 ta’ Malta.

Tieqaf fil-kwartifinali min-naħa l-oħra l-avventura tat-tennista l-oħra Maltija fl-Open tal-Awstralja, Helene Pellicano. Il-Maltija f’koppja mal-Ispanjola Marta Custic tilfet kontra l-Amerikani Chloe Beck u Emma Navarro 6-3, 2-6, 6-10.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Tennis, Rotterdam Open: Stefanos Tsitsipas tal-Greċja kellu telfa xejn mistennija fl-ABN AMRO kontra Damir Dzumhur tal-Bożnija, it-tennista ta’ 26 sena meta rebaħlu b’sets ta’ 6-4, 1-6 u 7-5. Tsitsipas ta’…

Tennis

Mill-Open tal-Awstralja, dalgħodu jkollna t-tieni semifinali tal-irġiel, meta fid-9:30am tibda l-logħba bejn is-Serb Novak Djokovic u l-Franċiż Lucas Pouille. Djokovic ma setax ikollu kwartifinali aħjar milli kellu għaliex lanqas kellu…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, diġa’ nafu li s-seed numru 6, Petra Kvitova ser tkun fil-finali ta’ dan l-ewwel Open tas-sena. Dan wara li fis-semifinali hija għelbet lis-seed numru 35, Danielle…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, magħrufa s-semifinalisti kollha, bl-Amerikana Serena Williams tara l-ħolma tal-24 Grand Slam tgħib fuq il-court meta tilfet kontra ċ-Ċeka Karolina Pliskova b’2 sets għal wieħed. Kienet Pliskova…

Aktar