Tennis
Open tal-Awstralja: Francesca Curmi u Helene Pellicano fil-kwartifinali tal-Junior Doubles
Iż-żewġ kwartifinali jintlagħbu l-lejl li ġej

Tkompli l-avventura pożittiva tat-tennisti żgħażagħ Maltin Francesca Curmi u Helene Pellicano fl-Open tal-Awstralja, meta t-tnejn għaddew għall-kwartifinali tal-Junior Doubles.

Francesca Curmi f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh batew biex rebħu żewġ sets għal wieħed: 5-7, 7-6, 10-8: ma’ Maria Krupenina tar-Russja u Daria Snigur tal-Ukrajna.

Iktar faċli l-passaġġ ta’ Helene Pellicano u l-Ispanjola Marta Custic li għelbu lill-koppja Russa Veronika Pepelyaeva u Avelina Sayfetdinova żewġ sets għal xejn: 6-2, 6-4.

Iż-żewġ kwartifinali jintlagħbu l-lejl li ġej: Pellicano u Custic imisshom mal-koppja Amerikana Chloe Beck u Emma Navarro: u Curmi – Bencheikh mat-Tajlandiżi Thasaporn Naklo u Mananchaya Sawangkaew.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Is-seed numru tnejn, Rafael Nadal, tilef sett fl-Open ta’ Barcelona f’erba’ snin, meta għeleb lill-Arġentin Leonardo Mayer b’żewġ sets għal wieħed. Fil-fatt kien Mayer li rebaħ l-ewwet sett 6-7(7), bl-Ispanjol…

Tennis

Turin, fl-Italja, rebħet il-‘bid’ biex tospita l-finali ATP tat-tennis mill-2021 sal-2025. Turin rebħet din il-‘bid’ kontra bliet oħra b’saħħithom ħafna bħal Londra, Manchester, Tokjo u Singapore. L-aħbar saret uffiċjali ftit…

Tennis

Il-Grieg Stefanos Tsitsipas u l-Franċiż Dominic Thiem għamluha għat-tielet round tal-ATP 500 li qiegħed isir f’Barċellona. Għat-tnejn li huma kienu pjuttost logħbiet faċli, b’Tsitsipas jegħleb lil Marton Fucsovics 6-3 6-4,…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini rebaħ l-ewwel titlu tal-Masters f’Monte Carlo, fejn wara li ssorprenda lil kulħadd meta elimina lil Rafa Nadal, fil-finali huwa xejjen l-isfida tas-Serb Dusan Lajovic. It-Taljan ta’ 31…

Aktar