Tennis
Open tal-Awstralja: Helene Pellicano fir-Round tas-16 fid-doubles taż-żgħażagħ

Suċċess għal Helen Pellicano fid-doubles taż-żgħażagħ fl-Open tal-Awstralja meta fil-logħba kontra Fernandez u Woods irnexxielha tirbaħ b’żewġ sets għal xejn. Pellicano kienet flimkien mal-Ispanjola Custic u bejniethom irnexxielhom ixejnu l-isfida tal-avversarji tagħhom, tant li rebħu f’żewġ sets, 6-1, 6-4.

B’din ir-rebħa, Pellicano/Custic għamluha għar-Round tas-16, l-istess kif għamlet Francesca Curmi lbieraħ flimkien mat-tennista Bencheikh.

Fir-Round tas-16, Pellicano/Custic jilagħbu kontra Pepelyaeva/Sayfetdinova, filwaqt li Curmi/Bencheikh jilagħbu kontra Kurpenina/Snigur.

It-tennisti Maltin ikunu fl-azzjoni għada t-Tlieta, biż-żewġ logħbiet ser jibdew fil-5:30am (ħin ta’ Malta).

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Tennis, Rotterdam Open: Stefanos Tsitsipas tal-Greċja kellu telfa xejn mistennija fl-ABN AMRO kontra Damir Dzumhur tal-Bożnija, it-tennista ta’ 26 sena meta rebaħlu b’sets ta’ 6-4, 1-6 u 7-5. Tsitsipas ta’…

Tennis

Mill-Open tal-Awstralja, dalgħodu jkollna t-tieni semifinali tal-irġiel, meta fid-9:30am tibda l-logħba bejn is-Serb Novak Djokovic u l-Franċiż Lucas Pouille. Djokovic ma setax ikollu kwartifinali aħjar milli kellu għaliex lanqas kellu…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, diġa’ nafu li s-seed numru 6, Petra Kvitova ser tkun fil-finali ta’ dan l-ewwel Open tas-sena. Dan wara li fis-semifinali hija għelbet lis-seed numru 35, Danielle…

Tennis

Ikompli l-mument tad-deheb tat-tennista Maltija ta’ 16-il sena Francesca Curmi meta baqgħet tavvanza u għaddiet għas-semifinali tal-Junior Doubles fl-Open tal-Awstralja. Curmi qed tilgħab f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh. Fil-kwartifinali tal-lejl li…

Aktar