Tennis
Open tal-Awstralja: Kvitova u Osaka fil-finali tan-Nisa

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, diġa’ nafu li s-seed numru 6, Petra Kvitova ser tkun fil-finali ta’ dan l-ewwel Open tas-sena. Dan wara li fis-semifinali hija għelbet lis-seed numru 35, Danielle Rose Collins b’żewġ sets għal xejn. Iċ-Ċeka sabet xi ftit diffikultà fl-ewwel sett meta kellha titħabat biex rebħitu 7-6, imma mbagħad fit-tieni sett l-Amerikana ma qabditx art tant li Kvitova rebħitu 6-0 bl-aktar mod faċli.

Fit-tieni semifinali, il-Ġappuniża Naomi Osaka għamlitha għall-finali meta għelbet liċ-Ċeka Karolina Pliskova b’żewġ sets għal wieħed. Il-Ġappuniża, seed numru 4, rnexxielha tirbaħ l-ewwel sett 6-2, bi Pliskova tirrispondi fit-tieni wieħed u rebħitu 6-4. Fit-tielet u l-aħħar sett, Osaka reġgħet kienet aħjar mis-seed numru 8 Pliskova, u rebħitu 6-4 biex b’hekk hija ser tilgħab fil-finali kontra ċ-Ċeka l-oħra Petra Kvitova.

Fil-kategorija tal-irġiel, dalgħodu jkollna l-ewwel semifinali għall-ħabta tad-9:30am (ħin ta’ Malta) fejn il-Grieg seed numru 15, Stefano Tsitsipas jilgħab kontra s-seed numru 2, l-Ispanjol Rafael Nadal.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Turin, fl-Italja, rebħet il-‘bid’ biex tospita l-finali ATP tat-tennis mill-2021 sal-2025. Turin rebħet din il-‘bid’ kontra bliet oħra b’saħħithom ħafna bħal Londra, Manchester, Tokjo u Singapore. L-aħbar saret uffiċjali ftit…

Tennis

Il-Grieg Stefanos Tsitsipas u l-Franċiż Dominic Thiem għamluha għat-tielet round tal-ATP 500 li qiegħed isir f’Barċellona. Għat-tnejn li huma kienu pjuttost logħbiet faċli, b’Tsitsipas jegħleb lil Marton Fucsovics 6-3 6-4,…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini rebaħ l-ewwel titlu tal-Masters f’Monte Carlo, fejn wara li ssorprenda lil kulħadd meta elimina lil Rafa Nadal, fil-finali huwa xejjen l-isfida tas-Serb Dusan Lajovic. It-Taljan ta’ 31…

International Sports

Fabio Fognini rebaħ il-final tal-Monte Carlo Masters kontra s-Serb Dusan Lajovic. Huwa ddedika din ir-rebħa lil ommu u lil Flavia Pennetta li qal ttih sostenn liema bħalu. Fognini li għandu…

Aktar