Tennis
Open tal-Awstralja: Pliskova tegħleb lil Serena Williams u tgħaddi għas-semifinali flimkien m’Osaka

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, magħrufa s-semifinalisti kollha, bl-Amerikana Serena Williams tara l-ħolma tal-24 Grand Slam tgħib fuq il-court meta tilfet kontra ċ-Ċeka Karolina Pliskova b’2 sets għal wieħed. Kienet Pliskova li rebħet l-ewwel sett 6-4, imma Serena Williams irkuprat fit-tieni wieħed u rebħitu 6-4. Fit-tielet u l-aħħar sett, Pliskova kienet aħjar u rebħitu 7-5 biex b’hekk għamlitha għas-semifinali.

Semifinali wkoll għaż-żagħżugħa Ġappuniża ta; 21 sena Naomi Osaka. Fil-logħba tal-kwartifinali hija ħarġet rebbieħa kontra l-Ukrena Elena Svitolina b’2 sets għal xejn. Ir-riżultati kienu ta’ 6-4, 6-1 biex b’hekk issa Osaka tilgħab kontra Pliskova fis-semifinali.

Is-semifinali l-oħra tkun bejn Kvitova u Collins li rnexxilhom jagħmluha għas-semifinali matul il-ġurnata tat-Tlieta.

 

Fil-kwartifinali tal-irġiel, il-Kanadiż Milos Raonic tilef kontra l-Franċiż Lucas Pouille bi tliet sets għal wieħed. Pouille rebaħ l-ewwel sett 7-6 u t-tieni wieħed 6-3. Raonic rebaħ it-tielet sett 7-6, imma mbagħad Pouille reġa’ rebaħ sett ieħor, din id-darba 6-4 u b’hekk għadda għas-semifinali.

Aktar tard, għall-ħabta tad-9:30am, is-Serb Novak Djokovic jilgħab kontra l-Ġappuniż Kei Nishikori.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Tennis, Rotterdam Open: Stefanos Tsitsipas tal-Greċja kellu telfa xejn mistennija fl-ABN AMRO kontra Damir Dzumhur tal-Bożnija, it-tennista ta’ 26 sena meta rebaħlu b’sets ta’ 6-4, 1-6 u 7-5. Tsitsipas ta’…

Tennis

Mill-Open tal-Awstralja, dalgħodu jkollna t-tieni semifinali tal-irġiel, meta fid-9:30am tibda l-logħba bejn is-Serb Novak Djokovic u l-Franċiż Lucas Pouille. Djokovic ma setax ikollu kwartifinali aħjar milli kellu għaliex lanqas kellu…

Tennis

Fl-Open tal-Awstralja, fil-kategorija tan-nisa, diġa’ nafu li s-seed numru 6, Petra Kvitova ser tkun fil-finali ta’ dan l-ewwel Open tas-sena. Dan wara li fis-semifinali hija għelbet lis-seed numru 35, Danielle…

Tennis

Ikompli l-mument tad-deheb tat-tennista Maltija ta’ 16-il sena Francesca Curmi meta baqgħet tavvanza u għaddiet għas-semifinali tal-Junior Doubles fl-Open tal-Awstralja. Curmi qed tilgħab f’koppja mal-Franċiża Loudmilla Bencheikh. Fil-kwartifinali tal-lejl li…

Aktar