Tennis
Open tal-Awstralja: Stefano Tsitsipas għall-ewwel darba f’semifinali ta’ Grand Slam

Jibdew il-kwartifinali fl-Open tal-Awstralja fejn fil-kategorija tal-irġiel diġa’ għandna l-ewwel semifinalist. Il-Grieg Stefano Tsitsipas t’20 sena rnexxielu jegħleb l-isfida tal-Ispanjol Roberto Bautista-Agut bi tliet sets għal wieħed, biex għall-ewwel darba fil-karriera tiegħu rnexxielu jagħmilha għal semifinali ta’ Grand Slam. Iż-żagħżugħ seed numru 15 irnexxielu jirbaħ l-ewwel sett 7-5, imma Bautista-Agut kien aħjar fit-tieni wieħed u rebħu 6-4. Fit-tielet sett Tsitsipas reġa’ mar fil-vantaġġ billi rebħu 6-4, u fir-raba’ sett, l-aktar wieħed missielet ta’ dan il-konfront, huwa rebaħ 7-6.

Aktar tard dalgħodu, ftit qabel il-11am, tibda t-tieni kwartifinali bejn l-Amerikan Frances Tiafoe u l-Ispanjol seed numru 2, Rafael Nadal.

Fil-kategorija tan-nisa, żewġ kwartifinali llum, l-ewwel waħda bejn ir-Russa Anastasia Pavlyuchenko u l-Amerikana Danielle Rose Collins. Aktar tard, ftit wara d-9am, jibdew jilagħbu ċ-Ċeka Petra Kvitova kontra l-Awstraljana Ashleigh Barty.

Miktub minn...
Chris Falzon
Ġurnalist ta' TVM Sport. Isegwi l-isport lokali u internazzjonali. Isegwi u jirrapporta l-futbol lokali u internazzjonali. Huwa parti mit-tim tal-produzzjoni tal-programm Kontrattakk.
Aħbarijiet Oħra
Tennis

Is-seed numru tnejn, Rafael Nadal, tilef sett fl-Open ta’ Barcelona f’erba’ snin, meta għeleb lill-Arġentin Leonardo Mayer b’żewġ sets għal wieħed. Fil-fatt kien Mayer li rebaħ l-ewwet sett 6-7(7), bl-Ispanjol…

Tennis

Turin, fl-Italja, rebħet il-‘bid’ biex tospita l-finali ATP tat-tennis mill-2021 sal-2025. Turin rebħet din il-‘bid’ kontra bliet oħra b’saħħithom ħafna bħal Londra, Manchester, Tokjo u Singapore. L-aħbar saret uffiċjali ftit…

Tennis

Il-Grieg Stefanos Tsitsipas u l-Franċiż Dominic Thiem għamluha għat-tielet round tal-ATP 500 li qiegħed isir f’Barċellona. Għat-tnejn li huma kienu pjuttost logħbiet faċli, b’Tsitsipas jegħleb lil Marton Fucsovics 6-3 6-4,…

Tennis

It-Taljan Fabio Fognini rebaħ l-ewwel titlu tal-Masters f’Monte Carlo, fejn wara li ssorprenda lil kulħadd meta elimina lil Rafa Nadal, fil-finali huwa xejjen l-isfida tas-Serb Dusan Lajovic. It-Taljan ta’ 31…

Aktar